It-Toroq ta’ Ġesù Kristu

Ġesù, l-Ispiritwalita` u d-dinja:
It-Toroq ta’ Ġesù Kristu, il-kontribuzzjonijiet tiegħu għall-koxjenza umana u għat-tibdil tal-bnedmin u d-dinja: Paġna-Informattiva indipendenti, b’fehmiet ġodda minn ħafna oqsma ta’ investigazzjoni u esperjenza, - b’suġġerimenti prattiċi għall-iżvilupp personali.

F’din il-paġna bil-Malti ssib xi suġġerimenti bażiċi konnessi ma’ talba.

F’xi lingwi oħra1) ssib testijiet qosra miżjuda bħal “Ir-Reliġjon bħala rikonnessjoni tal-bniedem ma’ Alla” u “Ġesù u l-Islam".

F’bosta lingwi oħra2) ssib il-kummentarji komprensivi tagħna mall-Vanġelji u r-Rivelazzjoni; u kapitli li jikkonċernaw ħafna suġġetti oħra.3)

 

1) verżjonijiet qosra:

2) verżjonijiet komprensivi: English  u  Deutsch huma aġġornati regolarment. ...
ukoll

 

 

http://www.ways-of-christ.com/mt

Talba għall-Paċi, il-Ħajja u d-Dinja

Din it-talba "tispjega" wkoll attitudni Nisranija, li tista’ twassal għal talba effettiva:

Alla, l-oriġini tiegħi, l-għajnuna tiegħi u t-tama tiegħi!
Fl-għaqda ma’ Ġesù Kristu nirringrazzjak għal dak kollox li ġej mingħandek;
u nitolbok, aħfirli dak kollu li biegħedni minnek;
f’dan is-silenzju, ħallini nsir kreattiv bl-Ispirtu Tiegħek.

Iggwidani, sabiex ma nweġġax ‘l Ħaddieħor fi triqthom lejk;
Iggwidani sabiex ngħin lil Ħaddieħor skond ir-Rieda Tiegħek;
Salvani fi triqti. *

Ispira lin-nies sabiex iħallu deċiżjonijiet dwar il-ħajja u l-mewt f’idejk **.
Għin dawk li jaħdmu għal ħolqien Tiegħek ***.
Mexxi din id-dinja lejn l-iskoperta taż-żmien il-ġdid li Inti wiegħedt.****

 

*) Hawnhekk oħrajn jistgħu jiġu nklużi.

**) Hawnhekk jistgħu jiżdiedu dettalji, jew jiġu kkunsidrati b’mod meditattiv wara t-talba, b’dan il-mod: 'biex titwaqqaf iż-żieda fil-vjolenza', 'tneħħi kawża waħda ta’ vjolenza billi tirriżolvi l-problemi', ‘tapplika biss dawk il-miżuri ta’ sigurta` meħtieġa biex tissavagwardja d-drittijiet umani lil nies paċifiċi', 'tibda djalogu paċifiku bejn nies ta’ rieda tajba tar-reliġjonijiet varji', ... . Tista’ tikkonsulta Mt 5:9 u 26:52.

***) In-natura tgħajjat għall-għajnuna. Issa l-ħin li nitolbu, Mulej salvana mill-forzi "eċitati" tan-natura. Iżda dan ma jirrimpjazzax bidla fl-imġieba tal-bniedem fir-rigward tal-bqija tal-ħolqien.

****)Luqa 11:2; 21:31. Apokalissi 11:16; ... Alla jista’ jagħti l-imħabba, mogħti lilu fil-knejjes kollha. Li titlob, tgħix u taġixxi fl-istess "spirtu" imorru flimkien.

 

3) It-test ewlieni imsemmi f’lingwi oħra jikkomprendi il-kapitli: fl-1 parti: Introduzzjoni għall-għan u l-użu ta’ dan it-test, b’suġġerimenti metodiċi inkluż il-meditazzjoni; "Fil-Bidu kien hemm il-kelma (grieg: logos) …u l-kelma saret laħam"; Ġesù ta’ Nazzaret: it-twelid Tiegħu; b’paġna ekstra li tikkonċerna t-twelid mill-ġdid Nisrani; Hemm xejn ta’ importanza li jinsab fis-snin taż-żogħżija ta’ Ġesù'?; Kumment rigward il-ġlieda dwar "zewġt itfal jisimhom Ġesù-"; Il-magħmudija fil-Ġordan minn Ġwanni l-Battista; b’paġna ekstra b’noti dwar il-magħmudija tal-lum; Is-silenzju fid-deżert; It-tentazzjonijiet; It-tieġ ta’ Kana; (Fehmiet dwar is-sesswalita`, is-simpatia, l-empatija u l-imħabba); Iż-“żelu mqaddes” (u fehmiet li jikkonċernaw l-emozzjonijiet); Id-Diskors tal-Muntanja u fehmiet tal-moħħ; It-Trasfigurazzjoni ta’ Kristu fuq il-Muntanja ta’ Tabor; Il-kwistjoni tal-“mirakli” Lazzru jitqajjem mill-imwiet; "In-Nagħġa"; Kristu "Jaħsel is-Saqajn" u Maria ta’ Betanja tidlek lil Ġesù – punt importanti fl-ispirtwalita` Nisranija; L-Aħħar Ċena, id-daħla trijonfali, l-arrest u s-sawt bil-frosta; l-"inkoronazzjoni bix-xewk" u l-aħħar diskorsi; Il-Kruċifissjoni u d-dfin (b’fehmiet mill-mistiċiżmu Nisrani); Il-kwistjoni tal-qabar vojt, l-“inżul fl-infern“ u t-"tlugħ fil-ġenna"; Il-Qawmien mill-Imwiet ; It-“Tlugħ” ta’ Kristu fis-Sema; Il-ġrajja f’Għid il-Ħamsin (Pentekoste); Referenza għal stampa ta’ Ġesù; fit-2 parti: Ir-Rivelazzjoni ta’ San Ġwann; Kif tittratta l-profezziji; Għall-kontenut tar-Rivelazzjoni ta’ Ġwanni: Is-sebat iknejjes; b’paġna ekstra dwar il-knejjes tal-lum, id-differenzi tagħhom u t-triq tagħhom lejn l-ekumeniżmu; Is-“seba’ siġilli”; Is-“seba’ trombi”; Is-“seba ragħdiet" u ż-żewġ profeti; Il-mara u d-dragun; Il-“bhima b’sebat irjus” mill-baħar; Il-bhima bgħaxart iqrun; Is-seba bieqi ta’ l-għadba u t-tmiem tal-"Babilonja", u t-Tieni Miġja ta’ Kristu; L-"1000 Sena ta’ Paċi (ta’ veru)"; Il-Ġenna l-Ġdida, id-Dinja l-Ġdida u "Ġerusalemm il-Ġdida"; L-aħħar kapitlu: L-Attitudni Nisranija; Tavola: Attitudni Nisranija: Fid-dinja, iżda mhux mid-dinja; marka; Formula ta’ l-E-Mail; 3. Suġġetti oħra: It-talb; Bażijiet ta’ valuri ta’ etika; Korrezzjonijiet ta’ teoriji ġodda dwar Ġesù; Ġesù, sosteniment uman u protezzjoni ta’ l-annimali; Ix-Xjenza u t-Twemmin f’Alla; Ġesù u l-Fejqan – anke llum; Tberik; Fehmiet Insara dwar l-ekonomija u kwistjonijiet soċjali; Fehmiet Insara rigward is-soċjeta` u l-politika; Ir-Reliġjon u l-Filosofija: kummenti dwar diskors ta’ Habermas; l-ekoloġija; il-ħajja qabel it-twelid; Dawn il-paġni u l-iskejjel differenti tat-teoloġija Nisranija; Il-Meditazzjoni Nisranija:; Ispirazzjonijiet u l-Knejjes; Il-kwistjoni tal-ħajja wara l-mewt u l-konsegwenzi għall-ħajja qabel il-mewt; Il-Kristjaneżmu ir relazzjoni tiegħu ma tagħlim ieħor rigward id-"Destin" u r-"rinkarnazzjoni"; ... 4. It-Testment l-Antik u kontribuzzjonijiet għad-djalogu ma’ reliġjonijiet oħra: It-Testment il-Qadim, ir-reliġjon tal-Lhud and Ġesù; "Ġesù u l-Iżlam"; Ir-reliġjon ta’ Zarathustra (Parsiżmu); " il-Buddiżmu "; " L-Induiżmu "; " Taoiżmu, Konfuċjaniżmu "; " Ix-Shintoiżmu u r-reliġjonijiet naturali; Ir-Reliġjon bħala "rikonnessjoni" tal-bniedem ma’ Alla.

Drittijiet ta’ l-Awtur: tista’ tipprintja l-paġni tagħna – mingħajr tibdiliet – u tibgħata lill-ħbieb.

Email: (jekk jogħġbok bl-Ingliż jew il-Ġermaniż).


Marka:  Drittijiet ta’ l-Awtur (copyright, Imprint)

Huwa permess li tistampa l-kopja Tiegħek minn dan is-sit elettroniku, u li tagħti kopji lil persuni oħra interessati mingħajr ma jsir tibdil fil-kontenut.

Magħmul 1991-2014; l-ewwel pubblikazzjoni fuq l-Internet saret fil- 2001-01-31; din hija verżjoni bil-Malti tad-19 ta' Settembru 2010 b'reviżjonijiet ullterjuri.

Awtur: Proġett Toroq ta’ Kristu (Christuswege / Ways of Christ ™).

Il-pubblikatur ta’ din il-verżjoni fuq l-Internet huwa Helmut Ziegler.

Is-Sit "Ways of Christ" huwa proġett ibbażat fuq l-istudju u r-riċerka. Is-sit elettroniku "Ways of Christ" iżomm veduta ekumenika, u jappoġġa relazzjonijiet paċifiċi u fehma iktar profonda tar-reliġjonijiet. "Ways of Christ" hija indipendenti minn Knejjes u organizzazzjonijiet oħra – iżda xejn ma hu dirett lejn ebda knisja. Is-sustanza tal-fidi hija miżmuma, mingħajr ma jiġi addottat approċ dogmatiku jew fundamentalistiku. Ways of Christ la tagħmel xogħol missjunarju la tikkanvassja ghal membri, u lanqas ma tipprova tiġġenera profit jew influwenza politika.

L-isfera tax-xogħol huma kolla suġġetti tal-Kristjaneżmu, u d-djalogu interreliġjuż ma’ Reliġjonijiet oħra. Il-punt prinċipali huwa d-deskrizzjoni profonda tal-partijiet spiritwali tal-Kristjaneżmu li ta’ spiss jintesew. Pero`, il-partijiet l-oħra tal-Kristjaneżmu – li jittrattaw affarijiet soċjali – huma mħarsa bħala importanti b’mod indaqs, f’din l-espożizzjoni differenti. (Ara l-"Introduzzjoni…" tat-test prinċipali wkoll).

It-traduzzjonijiet f’ilsna oħra li m’humiex l-Ingliż u l-Ġermaniż ma jkunux dejjem ivverifikati.
Traduzzjoni ma tfissirx kumment fuq is-sitwazzjoni f’ċertu pajjiżi.

Sa fejn huma msemmija siti elettroniċi jew kotba ta’ ħaddieħor, "Ways of Christ" ma tappoġġax awtomatikament il-kontenut kollu tagħhom.

E-Mail lil Ways of Christ: *)  Jekk jogħġbok iktar bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż, jekk inhu possibbli.

Il-verżjoni stampata tat-test ewlieni teżisti biss bil- Ġermaniż – ara r-referenza Ġermaniża. Il-copyright ta’ dak il-ktejjeb stampat tappartjeni lill-pubblikatur tiegħu, O.Boehm.

Lejn il-Homepage